Internazzjonali

Franza: Jinqatel wara li hedded lill-pulizija b’sikkina

Il-Pulizija qatlu raġel li kien qed jheddidhom b’sikkina fid-distrett kummerċjali ta’ La Defense, f’Pariġi. Il-konfront seħħ wara li persuna inkarigata mis-sigurtà ġibdet l-attenzjoni tal-pulizija għall-preżenza tar-raġel armat fil-pjazza tad-distrett.

Ir-rapporti qalu li tliet pulizija marru jinvestigaw  u, fil-pront, is-suspettat ġera għal fuqhom waqt li beda jxejjer is-sikkina fost għajjat ‘li kien se joqtolhom’.

Intant, kienu sparati diversi tiri lejn l-aggressur li ntlaqat f’sidru u saqajh.

Wara nstab li r-raġel ma kellux dokumenti ta’ identità u ma kienx magħruf hekk hu setax kellu skop terroristiku. L-investigazzjoni għadha għaddejja, bl-awtoritajiet iwissu lin-nies biex jevitaw iz-zona partikulari.

Ikkummenta