Lokali

Gwerra fil-miftuħ: Oħt Lydia Abela teħodha kontra Owen Bonnici

Is-Sindku Laburista ta’ Bormla, Alison Zerafa Civelli ,oħt Lydia Abela l-mara tal-kandidat għall-mexxej tal-Partit Laburista kif ukoll Segretarju tal-Eżekuttiv – ħaditha kontra l-Ministru Owen Bonnici wara i għadu ma wettaqx il-wegħda li jibda x-xogħol ta’ ristorazzjoni fuq is-swar storiċi madwar il-lokalità ta’ Bormla.

Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali ta’ Facebook, li prontament neħħiet, Zerafa Civelli rrakkontat li meta Bonnici talabha biex ittih l-appoġġ meta tlett snin ilu kien qed jikkontesta għal deputat mexxej tal-Partit Laburista hija ma ħasbitiex darbtejn – (ta’ min wiehed jiftakar li Owen Bonnici spiċċa tilef it-taqtiegħa ma’ Chris Cardona).

Hija kompliet tgħid li minn dakinhar ‘l hawn għaddew 4 snin s’issa il-wegħda li għamlilha għadha fis-sħab. Għaldaqstant ma fadalilha xejn xi tgħid dwar Owen Bonnici ħlief id-diżappunt kbir li għandha kemm bi kliemu kif ukoll b’għemilu.