Lokali

Inċident ġewwa l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija


Żewġ irġiel ta’ 30 u 26 sena, ta’ nazzjonalita’ Eġizzjana u Palestinjana, waqt li kienu qegħdin jinżammu taħt arrest ġewwa l-Lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Ġimgħa wara nofsinhar ppruvaw iweġġgħu lilhom infushom, f’żewġ każijiet separati waqt li kienu fiċ-ċellel rispettivi.

Grazzi għall-intervent f’waqtu tal-Pulizija, iż-żewġt irġiel ma ġarbu l-ebda ġrieħi.

Minkejja dan, iż-żewġt irġiel xorta waħda ittieħdu iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana sabiex jiġu invistati.