Lokali

“Irridu nerġgħu insebbħu l-kelma Politika” – Clyde Puli

15-il lezzjoni, 15-il proposta

Titwaqqaf kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni, tieqaf b’mod immedjat l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti, il-Parlamentari jaħdmu full-time, ix-xandir pubbliku jkun verament awtonomu, u tiddaħħal sistema ta’ finanzjament tal-Partiti Politi1i mill-Istat sabiex ma jkunx hemm kunflitt ta’ interess, kif ukoll jitfasslu u jsiru riformi fis-sistema elettorali.

Dawn huma biss uħud mill-proposti li qed ijppreżenta u jixpruna l-Partit Nazzjonalista, biex tiġi żgurata s-salvagwardja tad-demokrazija ta’ pajjiżna,u biex Malta ma terġax tgħaddi minn dak li qed tgħaddi minnu issa.

Dan qalu is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli fid-diskors tiegħu fil-ftuħ tal-Kunsill Ġenerali għal Diċembru bit-tema Riforma u Tiġdid – Governanza Tajba għal Demokrazija b’Saħħita.

F’dawn iż-żminijeit iebsin għal pajjiżna, il-Partit Nazzjonalista jrid ikun dak li jixpruna l-bidliet li hemm bżonn,

Filwaqt li nemmnu li t-tluq ta’ Joseph Muscat minn Prim Ministru hija biss l-ewwel pass u immedjat li għandu jsir daqstant ieħor nemmnu li t-triq għal fejqan teħtieġ ħafna aktar minn hekk.

Iridu jsiru bidliet u bidliet drastiċi, u dawn iridu jsiru ma sħabna tal-Unjoni Ewropea, mal-investituri, anke mal-komunitajiet internazzjonali.

Dan kollu wara li minflok Kastlja kien il-post li jħares is-Saltna tad-Dritt, kien il-post fejn inħadem patt imxajtan, bi ftuħ ta’ kupaniji sigrieti u b’tentattivi li jostru l-verità wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, u f’dawn kollu kienu involuti Ministri tal-Gvern u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru.

Aktar minn hekk, il-Prim Ministru Joseph Muscat, baqa jiddefendi lill dawn l-elementi fil-Gvern tiegħu.

Il-Prim Ministru ma għamel xejn. Anzi, baqa’ jiddefendi u jfaħħarhom. U wara li sena ili ħareġ li Yorgen Fenech huwa s-sid ta’ 17 Black, li kellha tgħaddi €5,000 kuljum fil-kont ta’ Keith Schembri, hu baqa’ jiddefendihom it-tnejn.

U propju sabiex ikun hawn aktar gwardjani tas-sistema, sabiex pajjiżna verament ikollu l-Governanaza li jixirqilha, il-Partit Nazzjonalista nieda lista ta’ proposti.

Dan għaliex il-Partit Nazzjonalista DEJJEM issalvagwardja d-Demokrazija u l-Ġustizzja.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjoanlista fakkar kif fit-tmeninijiet, kien Eddie Fenech Adami li ġab bidliet kbar, u anke taħt it-tmexxija ta’ Simon Busuttil, il-Partit Nazzjonalista baqa’ jitkellem bla heda dwar Governanza tajba.

U issa, l-istess Partit Nazzjonalista, permezz ta’ lista ta’ proposti se jkun qed ikompli fuq dawn il-passi.C

15-proposta, li għandhom iservu ta’ qafas biex tissaħħaħ b’mod konkret il-ħarsien tal-governanza tajba, fosthom li titwaqqaf  kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni, li tieqaf b’mod immedjat l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti, li l-Parlamentari jaħdmu full-time,  li x-xandir pubbliku jkun awtonomu, u li  tiddaħħal sistema ta’ finanzjament tal-Partiti Politi1i mil-Istat sabiex ma jkunx hemm kunflitt ta’ interess, kif ukoll riformi fis-sistema elettorali.

Clyde Puli qal li minbarra dawn ir-riformi, jeħtieġ ukoll li ssir riformi fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Riforma li bdiet ftit tax-xhur ilu, izda importanti wkoll li nagħtu tama lill-Maltin u l-Għawdxin, u li l-Partit Nazzjonalista jrid li l-kelma poltika terġa ssir kelma sabiħa fil-vokabolarju tagħna.

Irridu nfehmu lin-nies li teżisti Malta oħra. Malta onesta, Malta li toħloq ġid. Mingħajr Korruzzjoni. Malta li tħares biss il-ġid komuni.

Clyde Puli mbagħad għadda biex jipprezenta l-mozzjoni li tiddettalja r-riformi proposti.