Internazzjonali

L-Alġerija: Elett is-suċċessur ta’ Bouteflika

L-eks Prim Ministru Alġerin, Abdelmadjid Tebboune, ġie elett President tal-Alġerija fil-vot tal-Ħamis li kien imtappan b’sensiela ġdida ta’ protesti  popolari.

Tebboune, li għandu 74 sena, qed jieħu post l-eks President veteran, Abdelaziz Bouteflika, li f’April kien imġiegħel jirriżenja wara li dam fil-poter għal 20 sena.

Intant, Tebboune, li serva bħala Ministru tad-Djar taħt Bouteflika, kiseb 58 fil-mija tal-voti fl-elezzjoni għall-Presidenza li fiha vvutaw madwar disa’ miljuni – jew 40 fil-mija tal-poplu tal-Alġerija.

Abdelmadjid Tebboune u l-erba’ kandidati l-oħra li kkuntestaw għall-Presidenza huma mira għal kritika talli kienu assoċjati mill-qrib mat-tmexxija ta’ Bouteflika. Dan meta, fl-Alġerija, mistennija jkomplu d-dimostrazzjonijiet tal-poplu li jridu jaraw l-aħħar tal-establishment politiku attwali.