Internazzjonali

L-ELEZZJONI ĠENERALI TAR-RENJU UNIT: L-Exit Polls jindikaw rebħa assoluta għal Boris Johnson

L-ewwel indikazzjonijiet li ħarġu mill-Elezzjoni Ġenerali tar-Renju Unit qed juru li l-Partit Konservattiv tal-Prim Ministru Boris Johnson se jikseb maġġoranza assoluta… l-ikbar rebħa għat-Torries sa minn żmien Margareth Tatcher.

Dan ifisser telfa umiljanti għall-Partit Laburista u l-mexxej tagħhom Jeremy Corbyn li ħafna diġa qed isejħu għar-riżenja tiegħu madanakollu r-riżultat għadu wieħed indikattiv u għallura wieħed għad irid jistenna r-riżultati uffiċjali.

Jekk dan ir-riżultat ikun konfermat, ir-Renju Unit ser ikun qed joħroġ mill-Unjoni Ewropea sal-aħħar tal-2020 bi ftehim ġdid li mistenni jiġi finalizzat fi Brussel fl-aħħar ta’ Jannar li ġej.

L-Exit Polls qed jindikaw hekk; Partit Konservattiv 368, Partit Laburista 191, SNP 55, Liberal Democrats 13.

Appena ħarġet din l-indikazzjoni, Net News tkellem ma’ Stephen Lynch mill-Partit Konservattiv.

Il-ħidma ta’ Net News f’Londra hi possibbli grazzi għal Macdonald B&B London u Eurotours.

Filmati: Noel Zammit