Internazzjonali

L-ELEZZJONI ĠENERALI TAR-RENJU UNIT: Maġġoranza assoluta għal Boris Johnson u l-Partit Konservattiv

L-ewwel Elezzjoni Ġenerali tar-Renju Unit fix-Xitwa fl-aħħar mitt sena, it-tielet waħda li dan l-ellettorat ivvota fiha f’inqas minn ħames snin… L-akbar rebħa f’elezzjoni ġenerali fir-Renju Unit sa mill-2001 f’elezzjoni li kienet direttament marbuta ma’ Brexit.

Il-Partit Konservattiv tal-Prim Ministru Boris Johnson kiseb maġġoranza assoluta… u żiedu kważi 50 siġġu mill-aħħar elezzjoni… l-ikbar rebħa għat-Torries sa minn żmien Margareth Tatcher.

Disfatta enormi għall-Partit Laburista, li tilfu 59 siġġu fl-agħar prestazzjoni tagħhom sa mill-1935 u Jeremy Corbyn issa mistenni jirreżenja wara zmien ta’ riflessjoni.

Ir-Renju Unit ser ikun qed joħroġ mill-Unjoni Ewropea sal-aħħar tal-2020 bi ftehim ġdid li mistenni jiġi finalizzat fi Brussel fl-aħħar ta’ Jannar li ġej.

Net News kien preżenti f’Londra u tkellimna ma’ Stephen Lynch mill-partit rebbieħ dwar kif dan ir-riżultat se jaffetwa lil Malta.

Il-Partit tal-SNP kiseb 48 siġġu fil-House of Commons, fattur li se jista’ jwassal biex il-futur tal-Iskozzja fl-Unjoni Ewropea jkun differenti minn dak tal-bqija tar-Renju Unit.

Riżultati ferm diżappuntanti ukoll għall-Brexit Party ta’ Nigel Farage u l-Liberal Democrat ta’ Jo Swinson, b’din tal-aħħar l-anqas biss takkwista siġġu għaliha u b’hekk mhux se tibqa’ tmexxi l-partit.

Il-ħidma ta’ Net News f’Londra hi possibbli grazzi għal Macdonald B&B London u Eurotours.

Filmati: Noel Zammit