Sport Sport Ieħor

Stormbringer G.R. u Barrio Josselyn jirbħu t-tiġrijiet ewlenin

Barrio Josselyn misjuq minn Anton Cassar jaqsam il-linja finali l-ewwel fid-disa' tiġrija mill-klassi Premier (Ritratt: Mike Orland)

Rapport: Kenneth Vella

Stormbringer G.R. u Barrio Josselyn rebħu t-tiġrijiet ewlenin li saru llum waranofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Dawn kienu riservati għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza ta’ mil u għamlu parti mis-60 laqgħa tal-istaġun fuq għaxar tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott, kollha wkoll fuq distanza qasira.

Fl-ewwel tiġrija tal-klassi Premier, Stormbringer G.R. (Rodney Gatt) ħa d-disa’ rebħa tas-sena wara li kien il-ħin kollu quddiem. Hu qasam il-linja finali l-ewwel wara li fl-aħħar metri għeleb l-isfida ta’ Tack Wee (Julian Farrugia) u Avrik De Guez (Jean Pierre Farrugia). Jaguar Broline (Patrick Spiteri) temm fir-raba’ pożizzjoni. B’hekk in-Norveġiż Stormbringer G.R. ikkonferma li hu fost l-aktar żwiemel konsistenti tal-istaġun.

It-tieni tiġrija dejjem mill-istess klassi kienet ikkaratterizzata minn tmiem inċert bejn Until Oaks (Owen Borg) li kien ħafna ħin quddiem u Barrio Josselyn (Anton Cassar) li kellu sprint qawwi fl-aħħar metri. Kien iż-żiemel ta’ Cassar li rnexxielu jakkwista l-ewwel rebħa fi xtutna wara li ġie kkonsultat il-photofinish. Zonguldak (Charles Camilleri) u Vitinou (David Attard) kellhom ukoll wirja tajba.

Ir-rizultati kollha

I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Eagle Rock Music (P. Galea) Ħin – 2.06.6” (1.17.2”) 2. Alfa Dream (R. Gatt) 3. Easy Sam (C. Camilleri) 4. White Flame (M. Ellul)

II Tiġrija Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Devil Boko (R. Gatt) Ħin – 2.06.7” (1.17.3”) 2. Almondo Rich (J. Vella) 3. Lajos Bellan (C. Mifsud) 4. Un Dorien (M. Borg)

III Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Quickspin (J. Farrugia) Ħin – 2.07.1” (1.17.5”) 2. Fakir Haleryd (R. Schembri) 3. Caballo Du Valbrio (R. Gatt) 4. Dreamed Victory (J. Zahra)

IV Tiġrija Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Doneisdone (N. Baldacchino) Ħin – 2.03.9” (1.15.6”) 2. Danseuse For Ever (J. Gafa’) 3. Bellina De L’Odon (R. Gatt) 4. Veyron Brodde (M. Ellul)

V Tiġrija Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. New Moon Pellini (K. Axisa) Ħin – 2.01.6” (1.14.1”) 2. Charm Blou (R. Gatt) 3. Baby Black D’Erah (P. Spiteri) 4. Arjana Trojborg (J. Gafa’)

VI Tiġrija Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Metallic Beat (R. Gatt) Ħin – NTR 2. Belmann (C. Vassallo) 3. Ivan Pavlov A.T. (G. Muscat) 4. Hallas Judex (K. Axisa)

VII Tiġrija Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Stormbringer G.R. (R. Gatt) Ħin – 2.00” (1.13.8”) 2. Tack Wee (J. Farrugia) 3. Avrik De Guez (J.P. Farrugia) 4. Jaguar Broline (P. Spiteri)

VIII Tiġrija Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Sharif America (M. Sammut) Ħin – 2.05.9” (1.16.8”) 2. New York Broline (C. Grech) 3. Greatandeasy C.C. (C. Camilleri) 4. Laddy Laday (M. Farrugia)

IX Tiġrija Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Barrio Josselyn (A. Cassar) Ħin – 2.03.7” (1.15.4”) 2. Until Oaks (O. Borg) 3. Zonguldak (C. Camilleri) 4. Vitinou (D. Attard)

X Tiġrija Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Rolin (P. Galea) Ħin – 2.04.8” (1.14.6”) 2. Cobby’s Celeb (R. Gatt) 3. Jim Sanna (C. Camilleri) 4. Angelus Du Pont (R. Magro)