Lokali

“Daphne inqatlet minn min kienet qed tikxiflu l-korruzzjoni” – Peppi Azzopardi

Il-personalità televiżiva Peppi Azzopardi, kien il-mistieden ta’ Louise Tedesco fuq il-programm Fid-Dettal fuq Net TV, fejn tkellem dwar is-sitwazzjoni preżenti f’pajjiżna, il-protesti, u l-proposti biex pajjiżna joħroġ minn dil-kriżi.

Mistoqsi jekk jaħsibx li din is-sitwazzjon setgħetx ġiet evitat b’azzjoni snin ilu, hu qal hekk:

“Jien dejjem nimmaġina lill-Prim MInistru qiegħed Katsilja, u jmorru dawn it-tnejn u jgħidulu “Ftaħna kont il-Panama ta”, u jgħidilhom “ehe il-Panama? dan x’kien?” u wieħed jgħid “għax irrid inġemma’ l-flus għat-tifla..” Azzopardi jistaqsi “tista timmaġina din is-sitwazzjon?”

Peppi Azzoppardi fakkar kemm ġew mgħajjra nies bħal Simon Busuttil, Jason Azzoppardi u Beppe Fenech Adami, u qal li dawn qalgħu tgħajjir li qed ikunu negattiv. “Ma kienux vojta l-files”, qal Peppi.

Hu stqarr li għadu ma jistax jifhem għalfejn ittieħdu ċertu deċiżjonijiet, u qal li mix-xhieda issa nafu wkoll li mindu telaq l-eks Kummissarju John Rizzo, l-affarijiet ma baqgħux l-istess. Rizzo, li Azzopardi qal kien persuna tant integra u li kien igawdi r-rispett ta’ kulħadd.

Peppi Azzopardi qal li ħafna nies għadhom ma jistgħux jemmnu li Gvern li kien qed imexxi pajjiż bi tkabbir ekonomku u b’kisbiet diversi, wassal lil Malta f’din il-kriżi. Hu tkellem dwar skizzofrenija tal-istess Gvern.

Azzopardi qal li bil-mod il-mod, in-nies qed tirrealizza dak li verament seħħ. Hu qal li Daphne Caruana Galizia inqatlet għax kienet qed tikxef il-korruzzjoni u jidher li dawk li kienu se jinkixfu kienu huma li qatluha.

Huwa tkellem ukoll dwar id-dritt għall-protesta u l-kritika – bħal ma għamlu fl-imgħoddi, l-eks Deputat Nazzjonalista Franco Debono u Salvu Malia, u qal li allaħares ma kinux dawn in-nies, li ġejjin minn faxex differenti u minn twemmin politiku differenti, li jmorru jsemmgħu leħinhom f’dan il-mument kritiku.

Peppi Azzoppardi qal li l-protesti m’għandhomx jistennew li jkunu tollerati minn xi ministru jew Prim Ministru għax dan hu dritt sagrosant tal-bniedem, u dawn isiru meta rridu u x’ħin irridu.

Dwar il-Prim Ministru, Peppi Azzopardi qal li dan kellu jaqbad u jirrizenja mill-ewwel ħalli jkun hawn aktar stabilita fil-pajjiż, u dwar x’għandu jsir issa, huwa qal li jeħtieġ isiru riformi serji, u semma fost l-oħrajn il-proposta tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adiran Delia li l-Partit jiġi ffinanzjati mill-iStat. Hu qal ukoll li l-poplu issa huwa skomdu b’dak li qed joħrog u għalhekk għandha ssir investigazzjoni fil-kuntratti kollha, u għandhom jittieħdu mizuri biex din is-sitwazzjoni ma tirreptix ruħha.

Ikkummenta