Lokali

Imut ‘Fredu tat-traffic’ – il-Pulizija maħbub minn ħafna

Tħabbret il-mewt ta’ Alfred Sciberras li bosta kienu jafuh bħala Pulizija fit-taqsima tat-traffiku.

Magħruf bħala ‘Fredu tat-traffic’, Alfred kien persuna ċajtier u maħbub minn ħafna nies l-iktar tfal li kienet l-hena tiegħu jtellagħhom fuq il-mutur tiegħu.

F’post fuq facebook, l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija sellmet lil PC 1002 Alfred Sciberras Pulizija fit-taqsima tat-traffiku filwaqt li bagħtu l-kondoljanzi lill-familjari u ħbieb tiegħu.

Alfred Sciberras kien joqgħod il-Mosta, kien miżżewweġ u kellu tifel.

Il-Funeral ta’ PC.1002 se jsir nhar it-Tlieta li ġej fl-10am fil-Knisja ta’ Kristu Re Raħal Ġdid.