Lokali

Ir-Rabat jinbidel f’villaġġ tal-Milied

Iċ-Ċentru tar-Rabat inbidel f’villaġġ tal-Milied, hekk kif qed tiġi organizzata għar-raba’ sena l-attività annwali Natalis Notabilis.

Matul din l-attività, wieħed seta’ jdur diversi stands fejn spikka b’mod partikolari l-ikel u x-xorb tradizzjonali għal żmien il-Milied.

Barra minhekk, kulmin jattendi jista’ jieħu l-opportunità jixtri xi rigal għal dawk qrib tiegħu, iżur wirjiet ta’ presepji u jsegwi l-ispettaklu li jkun hemm għaddej.

It-tfal preżenti jistgħu jieħdu ritratti mal-figura famuża mal-Milied, Santa Klaws, kif ukoll jilgħabu f’żoni adattati għalihom.

Dawk kollha li jixtiequ jżuru dan il-villaġġ tal-Milied jistgħu jagħmlu dan sal-Ħdax u Nofs tal-Ħadd filgħaxija.