Internazzjonali

Johnson jirringrazzja lil dawk li vvotawlu

Boris Johnson irringrazzja lil dawk li vvutaw u taw il-fiduċja lil Partit tal-Konservattivi billi “sfidaw il-vot vizzjuż tal-ġenerazzjonijiet.”

Il-Partit Konservattiv tal-Prim Ministru Boris Johnson kiseb maġġoranza assoluta fl-elezzjoni li saret … u żiedu kważi 50 siġġu mill-aħħar elezzjoni… l-ikbar rebħa għat-Torries sa minn żmien Margareth Tatcher.

Johnson mar in-naħa ta’ fuq tal-Ingilterra wara r-rebħa għal partit tiegħu u ta’ l-ġenb lil Partit tradizzjonali Laburista. Il-partit tal-aħħar kellu l-agħar riżultat tal-elezzjoni mis-snin tal-1930.

L-attivisti nstemgħu jgħajtu l-isem “Boris” hekk kif għamel iż-żjara tiegħu s-Sibt. Dan filwaqt li hu rringrazzja lil votanti tal-appoġġ inkredibli li rċieva.

Johnson saħaq li bħala Prim Ministru se jkun qed jaħdem għall-pajjiż filwaqt li jaċċerta l-fiduċja fih. Hu żied jgħid li l-partit tiegħu hu bħal skjav fejn xogħolhom se jkun qed jikkonsisti biex jaqdi lin-nies billi jgħatihom prijorità assoluta.

Minn naħa l-oħra, il-mexxej tal-Partit Laburista, Jeremy Corbyn qal li l-elezzjoni ġeneral kienet tikkonsisti mill-kwistjoni ta’ Brexit. Dan hekk kif Johnson għamel kampanja bi sħiħ kontra li l-Ingilterra tibqa’ fl-Unjoni Ewropea. Ir-Renju Unit ser ikun qed joħroġ mill-Unjoni Ewropea sal-aħħar tal-2020 bi ftehim ġdid li mistenni jiġi finalizzat fi Brussel fl-aħħar ta’ Jannar li ġej.