Internazzjonali

L-Awstralja se tesperjenza rekord ta’ temperaturi sħan

Hekk kif l-Awstralja tinsab fl-istaġun tas-sajf, hu mistenni li l-Awstraljani jesperjenzaw rekord tal-iktar temperatura għolja f’diversi żoni.

Matul il-ġimgħa d-dieħla t-temperatura tista’ taqbeż it-42 grad celcius f’diversi żoni. Saħansitra ħarġet twissija ta’ possibiltà li jaqbad in-nar fil-Punent tal-Awstralja u Queensland.

Il-pajjiż kapaċi wkoll jara l-għola medja fit-temperatura ta’ 40.3 grad celcius li seħħet fis-7 ta’ Jannar 2013.

Bħalissa l-għola temperatura kienet irreġistrata fit-2 ta’ Jannar tal-1960 b’temperatura rekord ta’ 50.7 grad celcius fin-naħa t’isfel tal-Awstralja.