Internazzjonali

Omar al Bashir ikkundannat sentejn ħabs

L-eks President tas-Sudan, Omar al Bashir ġie kkundannat b’involviment f’korruzzjoni u ħasil ta’ flus.

Al Bashir, li għandu 75 sena, instab ħati u ġie kkundannat sentejn ħabs. Minħabba l-età tiegħu, hu ma ttihidx il-ħabs iżda ntbagħat ġewwa faċilità ta’ riforma.

Al Bashir, li mexxa l-pajjiż għal 30 sena, jinsab imfittex mill-Qorti Internazzjonali tal-Kriminali fuq akkużi ta’ reati dwar il-gwerrer u ġenoċidji.

Għal xhur sħaħ, diversi persuni niżlu fit-toroq jipprotestaw għat-tmexxija tiegħu. Wara li hu tneħħilu l-poter, f’daru nstabulu miljuni ta’ flus.