Lokali Qorti

Akkużat li saq fuq karozza fejn kien hemm it-tfajla u l-eks tagħha

Raġel qed ikun akkużat li inġurja u hedded lit-tfajla tiegħu wara li raha fl-istess karozza mal-eks tagħha.

Fil-Qorti ħareġ li l-akkużat raha lit-tfajla mal-eks tagħha u baqa’ dieħel fuq il-karozza li kienu biha. Dan ġie segwiet b’argument li nqala’ wara li ħarġu mill-karozza.

Ir-raġel ta’ 38 sena minn Ħaż-Żabbar qed ikun akkużat ukoll li kkaġuna ħsara fuq l-istess vettura msemmija.

Hu ma ammettiex għall-akkużi miġjuba kontrih u talab biex jingħata l-ħelsien mill-arrest. Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għal dan.

Il-Maġistrat Rachel Montebello tagħtu diversi kundizzjonijiet, fosthom il-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €3,000.