Lokali

Angelo Gafa’ l-favorit għall-kariga ta’ Kummissarju tal-Pulizija

Angelo Gafa’ mistenni jieħu post il-Kummisarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar.

Skont rapport fuq il-ġurnal the Sunday Times of Malta, Angelo Gafa’, li fil-preżent huwa l-kap eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija, huwa l-favorit biex isir il-Kummissarju l-ġdid.

Dan wara li ż-żewġ kandidati għall-mexxej tal-Partit Laburista, qalu illi se jkunu qed ikeċċu lil Lawrence Cutajar, il-Kummissarju li jiġi kkritikat minn bosta tal-inazzjoni tiegħu.

Gafa’ se jkun is-6 kummissarju mibdul mill-2013, meta l-Partit Laburista tela’ fil-Gvern. Xogħlu bħala kap eżekuttiv jinkludi fil-biċċa l-kbira xogħol amministrattiv. Fil-passat, Gafa’ kien serva bħala viċi-kap tas-Servizzi Sigrieti, u anke bħala Spettur fil-Unit ta’ kriminalità finanzjarja. Kien ukoll tenent fil-Forzi Armati ta’ Malta.

Apparti hekk, jidher illi, Gafa’ kien voċiferu dwar kif tmexxew l-investigazzjonijiet tal-Panama Papers fl-2016. Skont it-Times, sorsi mill-Gvern ikkonfermaw li Gafa qed jiġi ppreferut għaliex huwa l-aħjar għżla

Kemm Chris Fearne u Robert Abela qalu illi l-perċezzjoni tal-poplu dwar Lawrence Cutajar hija waħda negattiva u hemm bżonn li dan ikollu perċezzjoni pożittiva.

Min-naħa tagħhom Fearne u Abela ma kkommettewx ruħhom dwar jekk għandhomx preferenza lejn Gafa’, u qalu li ser jistennew sakemm jiġu eletti biex juru l-preferenza tagħhom u tittieħed id-deċiżjoni.

Ikkummenta