Lokali

Appelli favur it-22 tifel u tifla li jridu jkeċċuhom mill-pajjiż

F’żewġ posts separati fuq il-midja soċjali ta’ Twitter, l-Arċisqof Charles Scicluna u t-tenur Malti Joseph Calleja appellaw għal azzjoni sabiex it-22 tifel u tifla ta’ ġenituri barranin ma jitkeċċewx ‘il barra mill-pajjiż, fosthom ankè tfal li għandhom sentejn biss.

Dan wara li l-ġurnal Sunday Times of Malta żvelaw li Identity Malta infurmaw lil numru ta’ familji li huma barra mill-Unjoni Ewropea li ma jistgħux iżommu aktar lil uliedhom f’pajjiżna minħabba problema finanzjarja. Skont l-aġenzija, il-ġenituri ma jilħqux ir-rekwiżiti finanzjarji jiġifieri bħala koppja f’daqqa ma jaqilgħux €19,000 fis-sena inkluż €3,800 għal kull wild.

L-Arċisqod Scicluna appella għall-parroċċji, kongregazzjonijiet reliġjuzi u gruppi Kattoliċi sabiex jikkunsidraw serjament jaddattow uħud mit-tfal sabiex jekk jista jkun ankè jiggarantixxu jekk jista jkun il-fondi finanzjarji


Mill-banda l-oħra, Joseph Calleja saħaq li din hija xi ħaġa redikola u insista li lest sabiex jagħti l-kontribut tiegħu bil-għan li tissolva din is-sitwazzjoni burokratika – filwaqt li ħeġġeġ lil ħaddieħor jagħmel bħalu.

Intant, il-Membru Parlamentari Ewropew Roberta Metsola saħqet li f’wieħed mill-aħħar atti li ser iwettaq Joseph Muscat bħala Prim Ministru, ser taqgħalu l-maskra tal-progressività u qed jiprova jifred 22 tifel u tifla mill-ġenituri tagħhom – ftit jiem biss qabel il-Milied. Dan, kompliet Roberta Metsola, għax ommhom u missierhom ma jistgħux iħallsu għall-passaporti miljunarji.