Lokali

Flok idur fit-toroq għaċ-ċapċip, Joseph Muscat messu diġà telaq – PN

Ritratt: Matthew Tabone

Fil-ġranet meta l-pajjiż jinsab għaddej mill-ikbar kriżi Kostituzzjonali u Istituzzjonali fl-istorja, Joseph Muscat baqa’ jdur fil-lokalitajiet minflok warrab biex jieqaf darba għal dejjem jagħmel il-ħsara lir-reputazzjoni ta’ pajjiżna.

Dan qalu l-Partit Nazzjonalista fi stqarrija.

F’dan il-mument delikat, pajjiżna mhux Prim Ministru jdur it-toroq għaċ-ċapċip għandu bżonn, wara li għarraq ir-reputazzjoni, iżda riformi li jsaħħu l-istituzzjonijiet u jagħtuhom lura l-indipendenza minn Gvern li nħakem mill-kriminalità, l-Partit Nazzjonalista dan għarfu u se jagħmlu bid-dokument Riforma u Tiġdid bi 15-il proposta għat-tisħiħ tal-governanza tajba., temmet tgħid l-itqarrija tal-PN.