Internazzjonali

Il-Libanu: Feruti waqt konfronti vjolenti f’Bejrut

Numru ta’ konfronti, f’Bejrut, bejn il-pulizija għall-kontroll tal-irvellijiet u d-dimostranti ta’ kontra l-Gvern irriżultaw f’għexieren ta’ midruba, fosthom membri tal-qawwiet tal-korp Lebaniż.

Il-vjolenza bdiet meta d-dimostranti – li, qabel, kienu spiċċaw attakkati minn grupp rivali ta’ dimostranti mgħammdin huma u għaddejjin b’attività – ippruvaw jimlew pjazza viċin il-bini tal-Parlament. Il-pulizija, imbagħad, sparaw il-gass tad-dmugħ u l-balal tal-gomma lejn id-dimostranti li wieġbu bit-tfigħ tal-ġebel lejn il-forzi tal-liġi.

Il-protesti dwar it-tmexxija ħażina tal-ekonomija mill-elit li qed jamministra l-Libanu ilhom għaddejjin minn Ottubru. Madankollu, l-aħħar inkwiet f’Bejrut kien karatterizzat bl-agħar inċidenti vjolenti mill-bidu tal-protesti li, inizjalment, kienu qed jinżammu bil-kwiet.

Id-dimostrazzjonijiet kontinwi f’Bejrut kienu wasslu għar-riżenja tal-Prim Ministru Lebaniż, Saad al-Hariri, iżda baqgħu staġnati t-taħditiet biex jitwaqqaf Gvern ġdid.