Futbol Sport

Is-Saints jagħtu gambetta lil-leaders

LIJA ATHLETIC ………..0 ST. ANDREW’S ………… 1 – Chris Cassar

Lija A: L. Bonnici, C. Cassar, L. Muscat, D. Scerri, E. Beu, K. Seakanyeng, C. Giordemaina, A. Galea (G. Borg 60’), C. Gauci, J. Wells (H. Woods 60’), A. White.

St.Andrew’s: N. Grima, I. Azzopardi, M. D’Alessandro, M. Veselji (L.A. Borg 84’), N. Bradshaw, K. Reid, J. Farrugia, M. Bartolo, A. Borg Olivier, K. Jackson, W. Camilleri.

Referee: Ezekiel Barbara

St. Andrew’s rebħu konfront dirett fl-ewwel postijiet tal-klassifika meta b’gowl fl-ewwel taqsima għelbu lil-leaders tal-klassifika Lija, li b’hekk sofrew it-tielet telfa, u għall-ewwel darba f’dan l-istaġun jistgħu jitilfu dan l-ewwel post jekk Żejtun jakkwistaw it-tliet punti mill-konfront tagħhom.

Kienu logħba sabiħa u missielta biż-żewġ naħat ifallu wkoll penalty fl-ewwel minuti tal-logħba.Bidu veloċi miż-żewġ naħat fejn wara għaxar minuti Kemar Reid bir-ras falla inkredibilment il-mira minn taħt il-lasta.

Fl-14-il minuta ċans tad-deheb għal Lija li jiftħu l-iskor meta Seakanyeng ġera tajjeb fuq ix-xelug fejn twaqqa’ minn D’Alessandro, iżda mill-11-il metru x-xutt fjakk ta’ Beu kien faċilment imblukkat minn Grima.

Erba’ minuti wara opportunita’ għal St.Andrew’s meta minn minn azzjoni ta’ korner Clayton Giordemaina deher jiġbed lil Veselji bir-referee jordna t-tieni penalty tal-logħba. Iżda anki dan ma kienx sfruttat għaliex ix-xutt angolat ta’ Joseph Farrugia kien salvat bi bravura minn Luke Bonnici.

Fit-33 minuta St. Andrew’s fetħu l-iskor meta pass ta’ Farrugia lejn Veselji li għeleb in-nasba tal-offside u qassam lejn Alan Borg Olivier li skorja f’lasta vojta.

Lija ppruvaw iwettqu reazzjoni iżda St. Andrew’s kellhom kontroll tajjeb tas-settru tal-midfield u Lija bdew isibuha bi tqila biex jippenetraw. Lejn tmiem it-taqsima reġgħu kienu St. Andrews li resqu qrib b’xutt ta’ Reid li għadda ftit barra.

Fit-tieni taqsima Lija ħarġu aggressivi iżda kienu St. Andrews perikolużi bi freekick ta’ Bradshaw li kien salvat b’diffikulta minn Bonnici. Il-logħba kompliet tkun missielta u nteressanti u fil-65 minuta Grima dawwar għal korner b’diffikulta xutt ta’ Erjon Beu.

Tnax-il minuta mit-tmiem St. Andrews viċin it-tieni gowl tagħgom b’azzjoni tajba ta’ Reid fuq il-lemin u kross lejn Veslji li minn qagħda tajba ra x-xutt tiegħu imblukkat b’siequ minn Bonnici. L-aħħar mumenti kienu assedju minn naħa ta’ Lija fuq il-lasta tas-Saints bil-goalkeeper Grima jwettaq ukoll save mill-aqwa fuq xutt ta’ Beu.

Fil-kontrattakki is-Saints dejjem kienu perikolużi u għal darba darbtejn permezz ta’ Borg u reid fallew opportunitajiet faċli fejn setgħu għalqu l-logħba bit-tieni gowl. (Ritratt – Joe Borg – St. Andrews)