Jiżdiedu l-vittmi tal-vulkan
Persuna li, ġimgħa ilu, indarbet fl-iżbroff tal-vulkan ta’ White Island mietet l-isptar, fl-Awstralja, fejn kienet intbagħtet għal trattament minħabba l-ġrieħi kritiċi li ġarrbet.
Il-mewt ta’ din il-persuna żiedet għal 16 l-ammont tal-mejtin mill-iżbroff u meta l-iskwadri għall-emerġenza irritornaw fil-gżira biex jippruvaw isibu l-aħħar żewġ katavri fl-inħawi. Għalissa fadal 20 persuna taħt kura intensiva wara li sfaw feruti fl-iżbroff.
Intant, il-pulizja ta’ New Zealand għadhom determinati li jirkupraw l-aħħar katavri, bil-bugħaddasa mal-miltar ukoll jgħinu t-tfittxija fl-ibħra madwar White Island – magħrufa anki bħala Whakaari.
Dan meta, nhar is-Sibt, l-iskwadri għall-emerġenza spiċċaw ostakolati mill-viżibbiltà fqira u baħar kontaminat fiz-zona tat-tfittxija – u wara li, ftit tal-ħin qabel, kien intlemaħ katavru fl-ilma.
//= $special ?>