Futbol Sport

Pembroke iġibu fix-xejn lil Qrendi

QRENDI……………………… 1 PEMBROKE A. ……………… 4 – Chris Cassar

Qrendi: D. Zarb (R. Marmara 46’), S. Schembri, G. Muscat, J. Silveira Da Silva, A. Agius, D. Azzopardi (A. Curmi 35’), E. Vella, L. Martinelli, A. Nilsson, L.J. Schembri, C. Camilleri (D. Santos Da Hora 46’)

Pembroke A: P. Schranz, A. Vujovic, M. Zarb, J.P. Mifsud Triganza, G. Azzopardi, T. Fenech, L. Mijic (D. Isakovic 61’), A. Sultana, N. Frendo, J.P. Oliveira Santos, Y. Tonna (M. Brincat 78’).

Referee: Aleksander Jovanovic

Pembroke ġabu fix-xejn lil Qrendi meta rebħu bl-iskor kbir ta’ 4-1 fid-debutt ta’ Fausto Craighero fit-tmexxija tat-tim. Qrendi kellhom bidu tajjeb iżda Pembroke bdew iżidu fil-logħob iktar ma beda għaddej il-ħin fejn kienu iktar konkreti u dretti fil-logħob tagħhom u meritatament rebħu dan il-konfront bl-iktar mod konvinċenti.

Minkejja li l-logħba ntlagħbet regolarment, il-kontroll tal-ballun speċjalment meta dan beda jintlagħab fil-għoli kien verament diffiċli jekk mhux ukoll impossibli.

Qrendi ħarġa ferm iktar determinati u aggressivi b’Lee Joe Schembri u Silveira Da Silva ferm attivi. Dawn ħolqu xi sitwazzjonijiet diffiċli fil-kaxxa ta’ pembroke li b’xi mod jew ieħor dejjem ħelsuha ħafif anki jekk fil-verita’ Schranz qatt ma kien direttament impenjat.

Wara bidu pjuttosyt diffiċli Pembroke bdew isibu saqajhom u bdew jaqsmu l-logħob mal-avversarji. Fil-25 minuta Pembroke kellhom azzjoni ferm tajba fuq il-lemin fejn Yanis Tonna qassam lejn Luka Mijic li minn qagħda ideali ma laqatx il-ballun.

Din l-azzjoni kienet il-preludju tal-gowl tal-vantaġġ ta’ Pembroke li wasal bħal sajjetta fil-bnazzi meta xutt mid-distanza ta Joao Pedro Oliveira Santos ħabat ma’ difensur ta’ Qrendi, bil-ballun iqarraq għal kollox lill-goalkeeper Zarb bil-ballun jispiċċa fix-xibka.

Qrendi kellhom reazzjoni tajba u kellu jkun il-goelkeepr Schranz li b’żewġ interventi verament diffiċli ċaħħad lil Alexander Nilsson. Fit-33 minuta azzjoni tajba ta’ Yanis Tonna li qabeż żewġ plejers iżda x-xutt tiegħu mar ftit għoli.

Qrenid komplew jinsistu fil-ftit ]in li kien baqa’ iżda fil-]in mi\jud kienu Pembroke li resqu qrib b’azzjoni ferm tajba bejn Mijic u Zarb, bix-xutt ta’ Zarb salvat minn Zarb u mir-rebound ix-xutt ta’ Mijic kien salvat minn fuq il-linja minn Martinelli.

Fil-bidu tat-tieni taqsima bidla doppja minn Qrendi bid-dħul tal-goalkeeper Marmara u ta’ Santos Da Hora. Marmara mill-ewwel da]al fl-azzjoni biex jimblokka azzjoni ta’ Mifsud Trganza u ftit wara Da Hora impenja lil Schranz b’xutt minn tarf il-kaxxa.

Fil-55 minuta Pembroke għamluhom tnejn meta Yanius Tonna nżżel tajjeb lejn Mifsud Triganza li bi ġmiel ta’ xutt minn tarf il-kaxxa sab ir-rokna ta’ fuq tax-xibka. Fis-66 minuta Qrendi mill-ġdid fil-logħba meta ngħataw penalty meta plejer ta’ Pembroke Vujovic mess il-ballun b’idu u mill-11-il metru kien Nilsson li skorja b’xut preċiż fil-baxx.

Appena minuta wara Pembroke mill-ġdid b’vantaġġ doppju x-xutt fil-baxx ta’ Isakovic sab lil Mifsud Triganza żmarkat u dan mattar siequ biex kompla l-ballun għal ġewwa. Qrendi issa xeħtu kollox fl-attakk iżda d-difiża kienet miftuħa u Pembroke ikkastigawhom bir-raba’ fis-77 minuta meta f’azzjoni ta’ kontrattakk Mattia Zarb skorja b’lob preċiż. Ftit wara Oliveira Santos b’azzjoni personali ra x-xutt tiegħu jistampa mal-mimduda. (ritratt – Pembroke FC)