Lokali

Raġel mgħammad jisraq flus kontanti minn stabbiliment f’Għawdex

Raġel mgħammad u b’armat bil-ponta u li taqta’ f’idu daħal jisraq flus kontanti minn stabbiliment f’Għawdex.

Il-każ seħħ is-Sibt għall-ħabta tal-9.45pm fi Triq ir-Rabat, Żebbuġ, Għawdex.

Il-Pulizija marret fuq il-post u sabet li ir-raġel talab il-flus lil kaxxier, raġel ta’ 57 sena residenti ġewwa l-istess lokalità. Hu rnexxilu jaħrab minn fuq il-post b’ammont sostanzjali ta’ flus kontanti.

F’dan l-inċident ħadd ma weġġa’ filwaqt li l-persuna li daħlet mgħammda għadha mhix magħrufa. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.