Tifla Maltija ta’ 6 snin sofriet ġrieħi gravi wara li ttajjret minn vettura f’Għawdex. Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Pjazza Indipendenza fir-Rabat Għawdex għall-ħabta tat-8.40p.m.
It-tifla intlaqtet minn vettura tat-tip Fiat Punto misjuqa minn mara ta’ 43 sena residenti r-Rabat Għawdex. Tim mediku wasal fuq il-post u ta l-ewwel għajnuna. It-tifla ttieħdet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura fejn iktar tard kienet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>