Lokali

26 xahar mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia

26 xahar wara l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, it-Tnejn filgħaxija reġgħet ġiet ikkommemorata l-memorja tagħha permezz ta’ velja quddiem il-Qorti fil-Belt Valletta.

Kienu diversi l-kelliema li indirizzaw lill-folla prezenti u semmgħu leħinhom favur il-verita u l-gustizzja.

Vicky Ann Cremona, il-President ta’ Repubblika, saħqet illi permezz ta dawn il-protesti, id-dimostranti m’għandhom l-ebda intenzjoni li jħassru l-ebda Milied. Hi insistiet li il-Milied ta’ Malta ħassruh Joseph Muscat u l-klikka tiegħu meta ma telqux minn Kastilja u mill-Parlament.

Warajha, tkelmet Rosa Borg – membru tas-soċjeta Ċivili. Hija qalet illi il-poplu Malti ma jridx Prim Ministru li jipproteġi kriminali u lanqas Prim Ministru li jipproteġi lill-kontijiet bankarji tiegħu iżda irid Prim Ministru li jipproteġi l-verita’ u lic-cittadini.

Sandro Rossi sahaq illi id-dimostranti bi ħsiebhom ikomplu jsemmghu lehinhom sakemm pajjiżna jerga’ jaqbad it-triq tas-sewwa u  issir ġustizzja ma’ DCG.

Tkelmet ukoll Orsetta Spinola membru ta’ Civil Hub against organized crime in europe illi spjegat kif il-korruzzjoni taffettwa ħajjet kulħadd u ħafna drabi tkun diffiċli biex toħroġ minnha, anke jekk isir tindif politiku fil-fond. Spinola tkellmet b’mod dirett meta qalet ‘We have to stand up to be counted’.

Tkellem ukoll Manwel Delia  illi fid-diskors tiegħu fakkar kif is-soċjeta ċivili qamet f’dan il-mument tal-istorja ta’ pajjizna sabiex ma terġax tmur torqod, u beħsiebha tibqa’ hemm sakemm tirbah il-gustizzja.