Lokali

Anzjan iweġġa’ gravi wara li waqa’ waqt li kien qed jiġri qalb l-għelieqi

Raġel qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ waqt li kien qed jiġri qalb l-għelieqi flakwati ta’ Triq il-Ħamri, Għajnsielem, Għawdex.

L-inċident seħħ il-Ħadd għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel, li għandu 72 sena u residenti Għajnsielem, Għawdex, waqa’ waqt li kien qiegħed jiġri u sofra xi ġrieħi.

Surġent tal-Pulizija li kien ‘off duty’ ra l-inċident isir u intervjena immedjatament billi ta l-ewwel għajnuna kif ukoll ċempel għall-assisstenza.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.