Lokali

Chris Fearne irid ineħħi s-sistema taċ-Chief of Staff ta’ Kastilja

F’intervista fuq ir-radju Laburista, il-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Laburista u Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li jrid ineħħi ċ-Chief of Staff f’Kastilja ħalli ma jkollux “żewġ ċentri ta’ poter”.

Dan id-diskors juri biċ-ċar li taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat, fl-Uffiċju tiegħu kellu liċ-Chief of Staff Keith Schembri b’saħħa u qawwa ugwali daqs il-Prim Ministru.

Hu saħaq li ġaladarba jieħu post Joseph Muscat ineħħi s-sistema taċ-Chief of Staff mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.