Lokali

“ĦAQQNA WAĦDA TAL-FESTI”: id-Deputati jiċċelebraw u Malta kollha ġġammjata

Waqt li pajjiżna kollu ġġammjat fit-traffiku, bit-toroq Maltin iddominati minn karozza weqfin, ħornijiet idoqqu bla heda u nies irrabjati … id-Deputati Laburisti qed jiċċelebraw il-festi.

F’ritratt li tella’ l-Ministru Owen Bonnici, fost l-oħrajn jidher ukoll il-Ministru tat-Trasport Ian Borg, li sa ftit jiem ilu reġa’ kien qed jiftaħar li solva l-problema tat-traffiku f’Malta.

Ir-ritratt, bil-kliem “ħaqqna waħda tal-festi” filfatt ma niżilx tajjeb wisq tant li xi wħud iddeskrivewh bħala provokazzjoni.

Għall-ikla attenda, fost oħrajn, l-eks Ministru Konrad Mizzi li rriżenja, iżda jispikkaw nuqqasijiet oħra bħal Evarist Bartolo u Manwel Mallia fost oħrajn.