Iż-żewġ plejers ta’ Hibernians William Alhberg u Samantha Brincat rebħu l-unuri tal-Plejer tax-Xahar għal Ottubru fil-kampjonati tal-irġiel u tan-nisa. Nathan Xuereb u Michela Zammit Cordina rebħu l-unuri għal Novembru.
Alhberg kellu 49 punt b’medja ta’ 83% mil-linja tal-free-throw. Samantha Brincat li riċentament rebħet il-Plejer tas-Sena għall-istaġun 2018/19, kellha xahar pożittiv ħafna bi 82 punt li jinkludu 17-il trey u 93% mil-linja tal-free-throw.
Nathan Xuereb ta’ Gżira Athleta rebaħ l-unur tal-Plejer tax-Xahar ta’ Novembru fl-Ewwel Diviżjoni. Iż-żagħżugħ li rebaħ il-Plejer tas-Sena ta’ taħt id-19-il sena fl-aħħar staġun, spikka f’din is-sena u kien importanti biex Athleta rebħu l-MBA Shield u matul Novembru kiseb 71 punt.
Michela Zammit Cordina ta’ Starlites rebħet l-unur fil-kampjonat tan-nisa meta għalqet ix-xahar bi 48 punt li jinkludu ħames treys u 44% mill-kamp.
Nenad Stojanovski ta’ Mellieħa rebaħ l-unur ta’ Novembru fil-Kampjonat Amateur. Hu kiseb 99 punt li jikkonsistu b’44 basket, tliet treys u żewġ free-shots.
L-Uffiċjal Kap tal-BOV Peter Perotti ppreżenta plakka kommemorattiva lir-rebbieħa.
//= $special ?>