Lokali

L-Avukat Ġenerali jrid jibqa’ jtawwal milli jagħti r-rapport lill-Kap tal-Oppożizzjoni

Wara sentejn jirreżisti li jippubblika r-rapport tal-inkjesta Egrant u wara li l-Qorti qalet li kiser id-dritt tal-Kap ta l-Oppożizzjoni, l-Avukat Ġenerali qed jgħid li jrid jumejn oħra biex jagħti dan ir-rapport li ilu sentejn jaħbi, u għalhekk se jibqa’ jikser il-Kostituzzjoni.

Dan intqal mill-PN fi stqarrija maħruġa ftit tal-ħin ilu, wara li l-AĠ baqa’ jirreżisti milli jagħti dan ir-rapport lil Adrian Delia.

F’kummenti lill-ġurnalisti, il-Kap tal-PN insista li l-Avukat Ġenerali għandu jirriżenja issa.