Lokali

“L-istorja tat-tfal tista’ tagħmlilhom il-ħsara” – il-Kummissarju tat-Tfal

Fi stqarrija l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal, li hu taħt it-tmexxija ta’ Pauline Miceli, enfasizza li l-esponiment fil-mezzi ta’ komunikazzjoni tat-22 tifel u tifa li mistennija jkunu deportati, mhux neċessarjament ikun ta’ għajnuna għall-kawża tagħhom u jista’ jagħmlilhom il-ħsara.

L-istqarrija tgħid wkoll li l-uffiċċju wara li rċieva numru sostanzjali ta’ talbiet għall-għajnuna ressaq it-tħassib tiegħu lill-awtoritajiet relevanti u rrakkomanda li politka u prattiċi li jaffettwaw lit-tfal għandhom jirreflettu d-drittijiet u l-aħjar interessi tat-tfal.

L-istqarrija tkompi tgħid li l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal ilu numru ta’ snin jgħin persuni minn pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni Ewropea biex jaċċessaw id-drittijiet tat-tfal tagħhom inkluż dak li għandu x’ jaqsam ma’ reunifikazzjoni ta’ familja u permessi ta’ residenza.