Futbol Sport

Magħrufa l-logħbiet tal-aħħar 32 tal-UEFA Europa League

(Ritratt: EPA)

Illum saru magħrufa l-logħbiet mill-fażi tal-aħħar 32 tal-UEFA Europa League. L-ewwel logħbiet jintlagħbu fl-20 ta’ Frar, bil-partiti ta’ ritorn jintlagħbu ġimgħa wara.

Manchester United, rebbieħa tal-kompetizzjoni fl-2017, telgħu kontra Club Brugge bl-ewwel konfront jintlagħab fil-Belġju. Brugge jinsabu tmien punti vantaġġ fil-quċċata tal-kampjonat Belġjan. Il-finalisti tas-sena l-oħra Arsenal se jmorru l-Greċja kontra Olympiakos

It-tim Ingliż l-ieħor fil-kompetizzjoni Wolves telgħu kontra Espanyol, tim li minkejja li rebaħ Grupp H jinsab fil-qiegħ tal-klassifika ta’ La Liga. Rangers jiltaqgħu kontra l-finalisti tal-2011 Braga, tim li jinsab fid-disa’ post tal-Primeira Liga.

Inter għandhom polza favorevoli kontra l-Bulgari Ludogorets u Roma jibdew favoriti li jeliminaw lit-tim Belġjan Gent.

Il-logħbiet tal-aħħar 32

Wolves v Espanyol

Sporting CP v İstanbul Başakşehir

Getafe v Ajax

Bayer Leverkusen v Porto

Copenhagen v Celtic

APOEL v Basel

Cluj v Sevilla

Olympiacos v Arsenal

AZ Alkmaar v LASK

Club Brugge v Manchester United

Ludogorets v Inter

Eintracht Frankfurt v Salzburg

Shakhtar Donetsk  v Benfica

Wolfsburg v Malmö

Roma v Gent

Rangers v Braga