Lokali

Malta Property Auctioneers jagħtu l-għajnuna lil min m’għandux saqaf fuq rasu

Bħala parti mill-profil Corporate Social Responsibility, Malta Property Auctioneers f’dan ix-xahar ta’ Dicembru, ħolqot programm ta’ ‘6 ijiem ta’ għoti’.

Din l-inizjattiva se tara lit-team bi żjara lil sitt organizazjonijiet differenti f’Malta li l-enfasi tagħhom hija li tgħin lil dawk bla dar.
 
“Matul is-snin, b’suċċess għina mijiet ta’ nies biex isibu dar  imma nafu li għad hemm ħafna nies li ma jistawx jaffordjaw il-lussu li jkollhom saqaf fuq rashom. Din hi opportunita għalina biex ngħinu lil ftit min dawn in-nies b’modi li normalment ma nistgħux nagħmlu matul il-ġurnata tax-xoghol tagħna u mod għalina lkoll biex nirrikonoxxu x-xogħol iebes li jagħmlu l-organizzazzjonijiet biex itejbu il-ħajjiet ta’ dawn l- individwi”, tghid Sarah DeCesare Dunkerley, Co-Head tal-Malta Property Auctioneers.
 
Malta Property Auctioneers se tkun qed taħdem ma’ numru ta’ organizzazzjonijiet li jiffaċilitaw il-kura u l-appoġġ meħtieġ għall-persuni bla dar f’Malta.

Matul ix-xahar ta’ Diċembru, il-kumpanija se tkun qed taħdem mad- Dar tal-Providenza, YMCA, Lienda centre fost oħrajn biex tassisti b’kull mezz possibbli u qed tħeġġeġ lill-pubbliku biex jikkontribwixxi għal dawn il-pedamenti b’kull mod possibli.

Malta Property Auctioneers għamlet appell lil-pubbliku biex jgħin kemm jistajkun u qed jiġbor donazzjonijiet fl-uffiċini tagħhom f’Ta’ Xbiex. Dawn se jitqassmu lill-organizzazzjonijiet waqt iż-żjarat tagħhom.

Dawk li jistgħu jipprovdu ikel li ma jiskadix daqsekk malajr, kutri, ġugarelli tat-tfal u ħwejjeġ f’kundizzjoni tajba huma mħeġġa biex jikkuntattjaw lil Malta Property Auctioneers fuq 21388402 jew inkella jmorru bid-donazzjonijiet direttament lil Malta Property Auctioneers, No 4, Giuseppe Cali Street, Ta’ Xbiex.