Lokali Qorti

Manuel Delia jiftaħ kawża ta’ libell kontra One Productions fuq storja dwar ‘insulti lill-atleti ta’ l-Ispecial Olympics’

Il-blogger u attivist tas-soċjetà ċiili Manuel Delia fetaħ kawża ta’ libell għad-danni kontra One Productions wara li ġabuh f’ritratt prominenti waqt il-protesti li saru fil-Belt Valletta nhar il-Ġimgħa. Mar-ritratt hemm it-titlu “L-atleti ta’ Special Olympics mgħajjra waqt il-protesti f’Jum ir-Repubblika”.

Delia qal fir-rikors li ppreżenta fil-Qorti tal-Maġistrat li dak li rrappurtaw fuqu fuq One News TV u anke fuq il-webstite tal-Partit Laburista, huwa malafamanti u li fl-ebda ħin huwa ma nsullenta lil xi ħadd.

Il-libell li sar kontra ċ-Chairman Eżekuttiv Jason Micallef, Ruth Vella Xandara Eżekuttiva u l-Kap tal-aħbarijiet Owen Galea li huma responsabbli mill-media tal-Partit Labutista, b’Delia jiċħad bla riżervi r-rapport li sar fuq il-media Laburista.

Ir-rapport fuq l-istazzjon Laburista jgħid li ‘wara l-kliem oxxen lejn il-membri parlamentari tal-Gvern u t-tfigħ ta’ ġebel u muniti lejn il-karozzi tagħhom, kif ukoll l-assalt fuq il-bini tal-Parlament u l-Berġa ta’ Kastilja, issa l-intimidazzjoni qed tinfirex lejn kull min jiġi quddiem għajnejn uħud mid-dimostranti.

‘F’Jum ir-Repubblika, ma kinux biss il-pulizija u l-membri tal-Forzi Armati li laqtu t-tgħajjir u l-insulti waqt il-qadi ta’ dmirijithom. Imma anke l-atleti tal-iSpecial Olympics li dak il-ħin inzertaw deħlin fil-Palazz tal-President fejn kienu se jirċievu l-medalja għall-qadi tar-Repubblika. L-avukat Andrew Borg Cardona ippreżenta l-libell għan-nom ta’ Manuel Delia.