Lokali

Raġel iweġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni

Raġel ta’ 34 sena mill-Bali qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta kostruzzjoni fi Triq ir-Rebħa, il-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa u kwart ta’ dalgħodu.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel sofra xi ġrieħi meta waqa’ xi materjal fuqu. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.