Lokali

AĠĠORNATA: Raġel jitlef ħajtu wara li waqa’ minn fuq ċint

Arkivji

Raġel ta’ 27 sena mill-Ġeorġja, ilbieraħ filgħaxija tilef ħajtu traġikament wara li waqa’ minn fuq ċint.

Minn informazzjoni li waslet għand Net News jidher li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra u kwart fi Triq Wied tar-Ruman fil-Mellieħa fejn ir-raġel waqa’ minn fuq ħajt tas-sejjieħ.

Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post minħabba l-ġrieħi serji li kellu.

Dwar dan il-każ inħatret inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. L-investigazzjoniiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.