Lokali

Repubblika titlob protezzjoni mill-President ta’ Malta

‘’Neħtieġu l-protezzjoni tiegħek minn din il-mafja li ħakmet pajjiżna. Qed infittxu issa, l-intervent urġenti tiegħek.’’

Dan kien kliem Vici Ann Cremona il-President tal-ghaqda Repubblika, f’ittra li intbagħtet lill-President ta’ Malta.

Hi stqarret li f’dan il-mument, huwa il-President biss li jista’ jagħti l-gwida u l-għaqal meħieġ.

Fl-ittra ssemmew id-diversi theddidet li qed jirċievu mingħand Ministri tal-Gvern il-membri ta’ Repubblika kif ukoll in-nies li qed jipprotestaw… fejn fost l-oħrajn qed jakkużaw lid-dimostranti b’aġir “kriminali” u “vjolenti”, li jridu joħolqu kaos fil-pajjiż u li “jridu jġibu lura l-vjolenza tat-tmeninijiet”.

B’konsegwenza ta’ dan, dimostranti u membri ta’ Repubblika  qed jirċievu messaġġi privati u pubbliċi ta’ tgħajjir, intimidazzjoni u theddid vjolenti – inkluż theddid ta’ mewt.

Il-President ta’ Repubblika sosniet li wara li raw stqarrija tal-Pulizija li gidbet fuq il-protesta ta’ nhar il-Ġimgħa, qed jibżgħu li l-Kummissarju tal-Pulizija mhux dispost jipproteġihom minn dawk li jridu jagħmlulhom, minkejja r-rieda tajba tal-parti l-kbira tal-membri tal-korp.

Fl-ittra qed tintgħalab il-protezzjoni tal-President minn din ‘’il-mafja li ħakmet pajjiżna’’. Mafja li fl-imgħodduiwettqet kampanji ta’ mibgħeda fuq Daphne Caruana Galizia.

Repubblika jixtiequ juru lill-President x’tip ta’ intimidazzjoni qed jirċievu. Nafu li temminna imma b’daqshekk ma jfissirx li m’għandekx tara l-brutalità ta’ dak li qed nesperjenzaw, qalu l-membri tal-ghaqda f’din l-ittra.

Repubblika qed jitolbu sabiex il-President jintervjeni pubblikamet mal-gvern biex irażżan il-konfrontrazzjoni u jaqta’ l-gideb dwar “vjolenza” li ma teżistix, mal-Kummissarju tal-Pulizija biex ikun leali lejn il-liġi, mhux lejn il-klikka li ħatritu u ħakmet lilna, mal-Partit Laburista biex jara li l-mezzi tiegħu jirrappurtaw il-verità, mhux il-gideb, u mal-poplu Malti biex f’dan iż-żmien jingħaqad wara l-verità u l-ġustizzja mhux iħalli din il-klikka mafjuża tibqa’ tifirdu kontrih innifsu.