Lokali

Tissokta s-saga tat-tfal li ser jiġu mkeċċija minn pajjiżna

“Tkeċċix lit-tfal” – dikjarazzjoni cara li ghamel il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fuq Twitter b’rabta mal-aħbar li 22 tifel u tifla se jkunu deportati

Jirriżulta li dawn it-tfal se jitkeċċew minn Malta, minn Identity Malta, peress li l-ġenituri tagħhom ma jaqilgħux €19,000 fis-sena flimkien ma’ €3,800 żejda għal kull tifel u tifla li jkollhom. B’hekk, dawn it-tfal se jkollhom jinfirdu minn mal-ġenituri tagħhom li jinsabu jaħdmu Malta bit-tfal jintbagħtu lura pajjiżhom.

Minn naħa tiegħu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li f’din is-sitwazzjoni m’għandhomx ikunu t-tfal li jbatu.

Anke l-Arċisqof ta’ Malta qed jaħdem biex dawn it-tfal ikunu mgħejuna. Infatti l-Arċisqof hu f’kuntatt mal-awtoritajiet.

Net News tkellem wkoll mal-Professur Victor Grech f’isem l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Pedjatri li kkundanna l-azzjoni li se tittieħed fuq dawn it-22 tifel u tifla.

Il-Professur Grech semma’ wkoll numru ta’ inizjattivi sabiex jinġabru fondi biex dawn it-tfal barranin jinżammu mal-ġenituri tagħhom.

Għal din l-aħbar li ġiet ippubikata fit-Times tal-Hadd irreaġixxew diversi għaqdiet u NGOs fosthom Caristas Malta li kkundannat l-azzjoni ta’ Identity Malta li se twassal biex dawn it-tfal jinfirdu minn mal-ġenituri tagħhom.

Sa issa, diga’ ingabru mal-4,000 ewro li se jinghataw lill-Caritas mit-Tenut Malti Joseph Calleja, b’risq dawn it-tfal. Anke l-komunita’ Serba qed taghti l-appogg taghha.