Lokali

Keith Schembri jinħareġ mill-villa tiegħu taħt arrest; rilaxxat wara siegħa

Għall-ħabta tal-11:30am, il-marixxalli tal-Qorti ġabru lil Keith Schembri mill-villa tiegħu fil-Mellieħa.

Dan wara li l-eks Chief of Staff ta’ Muscat dalgħodu reġa’ ma tfaċċax il-Qorti fejn kien mistenni jixhed fil-kawża li fetaħ Yorgen Fenech kontra l-Ispettur Keith Arnaud – iżda n-notifika, teknikament, qatt ma waslet għandu.

Qabel ma bdiet is-seduta, il-Qorti kienet ordnat il-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest fil-konfront tiegħu.

Eventwalment, meta wasal fl-awla, l-avukat Edward Gatt insista li Schembri qatt ma kien jaf li kellu jixhed għaliex qatt ma ġie notifikat. Fil-fatt, hu ġie rilaxxat siegħa wara bil-kundizzjoni li għada fl-10:30am ikun il-Qorti biex jagħti t-testimonjanza tiegħu.