Lokali Saħħa

DIŻASTRU FL-ISPTAR wara ħsarat fl-ilma; operazzjonijiet jitħassru

L-Isptar Mater Dei jinsab f’sitwazzjoni ta’ emerġenza minħabba ħsara fis-sistema tal-ilma, fejn ġew ikkanċellati l-operazzjonijiet kollha li kellhom isiru llum. Infermiera u qraba tal-pazjenti iddeskrivew dak li raw b’għajnejhom bħala “diżastru sħiħ”.

Net News hu infurmat li l-ħsara ġrat f’main tal-Gvern li spara u għerreq numru ta’ swali fosthom l-Emerġenza, l-Imaging Department, l-M3 u l-M5, b’madwar 4 pulzieri ta’ ilma f’dawn is-swali.

Kawza ta’ hekk kellhom jiġu evakwati anke xi ħaddiema minn dawn is-swali.

Aktar informazzjoni kif taslilna.