Lokali

Dokumentarju fuq Rai 1 b’lenti fuq il-Gvern Malti

Dokmentarju li xxandar fuq l-istazzjon televiżiv Taljan Rai Uno u li jġib l-isem Euromafia tkellem dwar l-assassinju tal-ġurnalisti Daphne Caruana Galizia, Jan Kuciak u Martina Kusnirova.

Id-dokumentarju jagħti renidikont ta’ dak li ġara f’pajjiżna sa minn meta Daphne Caruana Galizia bdiet tikteb u tikxef attivitajiet kriminali fosthom il-Panama Papers, il-ħakma tal-mafja fil-logħob tal-azzard, il-kuntrabandu taż-żejt mill-Libja, u d-deal tal-gass mal-Ażerbajġan.

Din il-produzzjoni titkellem dwar l-assassinaju ta’ Daphne Caruana Galizia, u tirrakkonta l-arresti tal-aħwa Degiorgio u Vince Muscat, imma titkellem ukoll dwar l-arrest ta’ Keith Schembri u dwar il-pożjzzjoni ta’ Joseph Muscat f’dan kollu u dwar il-protesti tal-aħħar ġimgħat, li qed isejħu għar-riżenja ta’ Joseph Muscat.

Ir-Rai ifakkar fil-libelli li kienu infethu kontriha minn esponenti tal-Gvern, u jisemma l-fatt li Daphne Caruana Galizia kellha tingħata protezzjoni, izda minflok kien hemm kampanja sħiħa ta’ mibgħeda.

Il-ġurnalista Taljana tistaqsi, għaliex?

Id-dokumentarju jitkellem dwar il-pressjoni li sab ruħu taħtha Joseph Muscat kemm mis-soċjeta ċivili kif ukoll pressjoni internazzjonali.

Corinne Vella, oħt Daphne Caruana Galizia

Titkellem ukoll oħt il-ġurnalista assassinata. Corinne Vella, illi tgħid li Muscat għandu jitlaq issa, u li kieku Keith Schembri irriżenja jew kien keċċieh il-Prim Ministru kieku llum Daphne għadha ħajja.