Lokali Qorti

Ordnat il-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest fil-konfront ta’ Keith Schembri

Schembri, li jgħix f'villa f'Santa Maria Estate, ilu ġimgħat jevita milli jidher il-Qorti

L-eks Chief of Staff ta’ Muscat, Keith Schembri, dalgħodu reġa’ ma tfaċċax il-Qorti fejn kien mistenni jixhed fil-kawża li fetaħ Yorgen Fenech kontra l-Ispettur Keith Arnaud – iżda n-notifika, teknikament, qatt ma waslet għandu. Il-Qorti għaldaqtant ftit tal-ħin qabel ma bdiet is-seduta ordnat il-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest fil-konfront tiegħu.

Net News jista’ jiżvela li l-marixxalli tal-Qorti marru aktar minn darba bin-notifika biex Schembri jitla’ bħala xhud. Iżda hu qatt ma fetaħ, jew inkella ma kienx hemm.

L-aħħar darba li Keith Schembri kien f’awla tal-Qorti, fil-11 ta’ Novembru li għadda, hu ħarab milli jwieġeb dwar 17 Black u spiċċa waqqa’ libell li fetaħ hu stess.

Fl-aħħar jiem, l-avukati Pawlu Lia u Andrew Sciberras irrinunzjaw milli jibqgħu jidhru l-Qorti għal Keith Schembri, li kien klijent tagħhom.