Lokali

L-investigazzjonijiet mir-rapport Egrant għadhom għaddejjin

Wara li l-Qorti sabet li l-Avukat Ġenerali kiser il-Kostituzzjoni u d-drittijiet fundamentali ta’ Adrian Delia bħala Kap tal-Oppożizzjoni, l-Avukat Ġenerali qed jibqa’ jinsisti li ma jaqbilx ma din id-deċiżjoni tal-Qorti li tat ir-Rapport Egrant lill-Kap tal-PN.

Adrian Delia kien ilu sentejn jipprova jakkwista dan ir-rapport f’isem il-poplu kollu, bl-Avukat Ġenerali baqa’ jaħbi dan ir-rapport. Madanakollu, għalkemm il-qorti ddikjarat li l-Avukat Ġenerali kiser il-liġi, Peter Grech ma jħossx li għandu jirriżenja.

Il-kawża li kien fetaħ Adrian Delia hija rebħa kbira għall-poplu Malti u Għawdxi fil-ġlieda sabiex toħroġ il-verità kollha u biex issir ġustizzja.

Xi ħaġa li żgur ħeba kien il-fatt li għad hemm investigazzjonijiet għaddejin fir-rigward tal-kumpanija sigrieta Egrant anke jekk tul dan iż-żmien kollu, il-Gvern qal li din ta’ Egrant kienet kwistjoni maghluqa.