Internazzjonali Lokali

L-MEPs tal-PN iwasslu l-għajta tal-Maltin fil-Parlament Ewropew

Politiċi Franċiżi, Ġermaniżi, Ingliżi, Griegi, Irlandiżi, Taljani, Spanjoli…kollha b’kundanna ċara għall-Gvern ta’ Joseph Muscat. Kollha b’appell qawwi biex il-Prim Ministru jirriżenja issa.

Dan ħareg mid-dibattitu li seħħ illum fil-Parlament Ewropew fejn tkellmu fost l-oħrajn l-MEPs Maltin Robert Metsola u David Casa.

Metsola fakkret li Malta mhijiex Joseph Muscat, u l-bidla trid tibda minn issa bir-riżenja immedjata tal-Prim Ministru. Hi irreferiet ukoll għax-xibka ta’ kriminali f’Kastilja li qed issib il-protezzjoni ta’ Joseph Muscat.

David Casa minn naħa tiegħu talab skuża għall-mod kif aġixxa u għadu qed jaġixxi l-Gvern ta’ Muscat. Illum hu jistħi mill-klikka ta’ kriminali li ħadu l-Gvern Malti f’idejhom… jistħi li l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżi m’għamlux xogħlhom… jistħi li qatlu lil Daphne Caruana Galizia.