Lokali

Owen Bonnici jibqa’ jiddefendi lill-Avukat Ġenerali

Filwaqt li l-Avukat Ġenerali Peter Grech, saħaq li m’għandux jirriżenja wara li l-Qorti ordnatlu biex jgħati r-rapport Egrant lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, wara li Peter Grech kien ilu sentejn jaħbi dan ir-rapport mill-Maltin u l-Għawdxin… il-Ministru tal-Ġustizzja, Owen Bonnici baqa’ jiddefendi lill-Avukat Ġenerali.

Il-Ministru tal-Ġustizzja tkellem dwar l-istorja f’każijiet simili fejn kompla juri kemm din tar-rapport Egrant kienet rebħa għal Adrian Delia f’isem il-poplu Malti.I

Minkejja li tul l-aħħar sentejn, Owen Bonnici baqa’ fuq in-naħa ta’ Joseph Muscat u l-Avukat Ġenerali… u minkejja li l-Qorti iddikkjarat li l-Avukat Ġenerali kien żbaljat… il-Ministru baqa’ ma riedx jgħati raġun lil Adrian Delia.