Lokali

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ f’inċident fil-Gudja

Taljan ta’ 30 sena residenti Marsaskala, qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’inċident stradali fil-Gudja.

Ilbieraħ filgħaxija, il-Pulizija kienu infurmati għall-ħabta tat-7:40pm, li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Dawret il-Gudja minħabba li mutur talgħamla Kymco misjuq mit-Taljan għal xi raġuni ħabat ma` wara ta’ Mitsubishi Shogan li kien qed jiġi misjuq minn raġel ta’ 55 sena mill-Gudja.

Fil-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.