Lokali Qorti

L-investigazzjonijiet fil-konfront ta’ Schembri għadhom għaddejjin; il-‘middleman’ kien qed jibża’ li se joqtluh

“L-investigazzjonijiet fil-konfront ta’ Keith Schembri għadhom għaddejjin mija fil-mija. Huwa kien ġie arrestat u mitkellem darbtejn minni, l-ewwel darba għal 30 siegħa u t-tieni darba għal 20 siegħa, meta l-ewwel morna għalih id-dar u ħadnih għall-interogazzjoni.

“Sadanittant il-‘middleman’ Melvin Theuma kien imwerwer u f’mumenti kien qed jibża’ li Keith Schembri u Yorgen Fenech kienu se jeliminawh. Keith Schembri kien qed jibża’ minħabba s-saħħa li kellu mal-awtoritajiet u Yorgen kien ħabib tiegħu u għalhekk setgħu jikkonfoffaw flimkien biex joqtluh”.

Dan ħareġ mix-xhieda mogħtija mill-Ispettur Keith Arnaud quddiem il-Qorti Kostituzzjonali fil-kawża miftuħa minn Yorgen Fenech, akkużat b’kompliċita’ fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, u bil-għan li l-Ispettur Keith Arnaud ma jibqax involut fl-investigazzjoni. Il-każ qed jinstema quddiem l-Imħallef Lawrence Mintoff.

Keith Schembri, li kellu jkun fost ix-xhieda ma kienx preżenti, għax ingħad li ma waslitlux in-notifika tat-taħrika milll-Qorti. Mandankollu l-Imħallef Mintoff ħareġ mandat ta’ arrest fil-konfront tiegħu, sabiex dan jitla’ jixhed.
Huwa nġieb il-Qorti fejn permezz tal-Avukat tiegħu Edward Gatt qal li ma kienx notifikat, bil-Qorti tħallih imur lura d-dar hekk kif spiċċat is-seduta u li iżda l-Erbgħa filgħodu jrid ikun preżenti l-Qorti biex jixhed.

L-Ispettur Keith Arnaud qal li saret tfittxija fl-uffiċju ta’ Keith Schembri f’Kastilja. Hemm ma rriżulta xejn. Lanqas kompjuter jew ‘laptop’ ma kien hemm, madankollu ttieħed ‘lap-top’ mid-dar tiegħu, li l-mara tiegħu stqarret li hi kienu tagħmel ukoll użu minnu. Dan ittieħed xorta waħda, liema ‘laptop’ għadu qed jiġi annalizżat minn espert tal-Qorti.

L-Ispettur Keith Arnaud qal li kien hu li beda fl-istħarriġ dwar il-każ u dan mill-ewwwel ġurnata li kien seħħ id-delitt, fis-16 ta’ Ottubru 2017. Tenna li Keith Schembri għadu sal-lum fil-mira tal-każ iżda xorta waħda ħass li ma kienx hemm il-bżonn li Keith Schembri jibqa’ jinżamm arrestat.

Arnaud ikkonferma li sa ssa għadhom ma ttieħdu l-ebda passi fil-konfront ta’ l-eks Chief of Staff u li kien inżamm arrestat fuq 30 siegħa minnu u kien ingħata ‘police bail’, imbagħad reġa’ ġie arrestat għat-tieni darba u għamel ftit inqas minn 20 siegħa miżmum.

Sostna li kien meta sar jaf li kien hemm ‘leak’ huwa kien li l-iktar bniedem li seta’ kien f’periklu serju u sostna li dakinhar li saru l-arresti tat-tliet irġiel, huwa kien l-ewwel wieħed li daħal taħt it-tinda tal-patata, u beża’ dak li għamlu lil Daphne Caruana Galizia, setgħu għamluh lilu.

Ix-xhud kompla jgħid li jekk Yorgen Fenech huwa involut fil-qtil, u li jidher ċar li tħallsu mhux sold fuq l-assasinju, huwa żgur li kien f’periklu kbir. Il-‘leak’ kienet priorità assoluta, qal ix-xhud, għax kien hemm saħħtu fin-nofs.

Dwar l-informazzjoni fuq il-kaz, Arnaud qal li Yorgen Fenech kemm il-darba qallu li kien iġibha mingħand Keith Schembri, pero’ kien jgħid li dan m’għandux x’jaqsam.

Arnaud qal li mill-informazzjoni li tahom kemm Melvin Theuma u Yorgen Fenech u fil-konfront ta’ Keith Schembri din dejjem kienet kolloaborata. Sadanittant f’għajnejn Melvin, Keith Schembri kien ħabib ta’ Yorgen u dan beda jiffissa li seta’ jgħinu u finalment jeliminaw lilu.

Arnaud qal li meta Keith Schembri ġie arrestat, fuq informazzjoni ta’ Yorgen Fenech, kien hu l-ewwel wieħed li staqsieh jekk qattx għaddha informazzjoni lil Yorgen, liema nformazzjoni kienet qed tiġi diskussa fil-‘briefings’ li kieniu jsiru.

Sostna li ġieli kien assenti fuq dan il-każ u dan minħabba l-fatt li kien qed isegwi diversi omiċidji oħrajn fl-istess perjodu, u li huwa beda jaħdem fuqhom wara li seħħ il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Qal ukoll li l-investigazzjonijiet dwar dan id-delitt baqgħu għaddejjin, anke bl-għajnuna ta’ esperti barranin fosthom il-Europol. Mistoqsi mill-Avukat Marion Camilleri, dwar il-‘briefings’ li kienu jsiru, Arnaud qal li dawn ma kinux isiru regolari .

Tenna li l-ewwel darba li daħal Kastilja kien biss ftit ġranet qabel li saru l-arresti, lejn l-aħħar ta’ Novembru tas-sena l-oħra. Preżenti kien hemm hu, is-Sur Valletta, il-Prim Ministru, Keith Schembri, li jidhirlu, li kien l-ewwel darba li qatt rah f’ħajtu, u ma kienx ċert jekk kienx hemm xi Ministru jew Ministri oħra. Qal li b’kollox kienu saru żewġ briefings qabel l-arresti tal-4 ta’ Diċembru.

Arnaud qal li sa dakinhar lil Keith Schembri la qatt ċempillu jew kellmu fuq l-investigazzjoni. Dwar meta beda jikkomunika ma’ Schembri dwar l-investigazzjoni, ix-xhud qal li kien beda jkellmu wara li s-Sur Valletta kien ġie ordnat li jitneħħa mill-investigazzjoni.

Fuq aktar domandi tal-Avukat Marion Camilleri, Arnaud qal li kien jikkomunika ma’ Keith Schembri permezz tal- ‘Whatsapp’ u tenna li hu ma jżommx messaġġi u li jħassar ic-‘chats’ b’mod regolari.

Xehed li bejn wieħed u ieħor sa Mejju jew Ġunju 2018, la qatt ċempillu jew li kien involut biex jirranġa xi laqa’ kemm dwar l-arresti. Żied jgħid li matul dawn is-sentejn saru diversi laqgħat f’The Hague mal-Europol, u laqgħat oħra dwar il-każ. Saru diversi laqgħat f’Malta li kienu il-‘way forward’ fl-investigazzjoni abbazżi tal-provi li kellu hu t-tim tal-investigazzjonijiet.

Arnaud qal li fil-bidu tal-2018, mill-‘middleman’ Melvin Theuma kienu fehemu li possibilment hemm Yorgen Fenech imdaħħal iżda ċertezza dwaru ma kellhomx, kien hemm ħjiel, iżda xejn ma kien mija fil-mija. Qal li deher ċar li Theuma kellu kuntatt kontinwu mal-aħwa Degiorgio u kien qed isemmi lil Yorgen Fenech biss.

Arnaud qal li Melvin Theuma kien jiftaħ qalbu ma’ tnejn min-nies u aktar tard matul is-sena mill-investigazzjoni beda joħroġ li kellu kwistjoni ma’ Yorgen Fenech dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-laqgħat li kienu jsiru kienu jitrattaw il-qofol tal-investigazzjoni dwar kif se naħdmu fuq l-investigazzjoni u l-istil u t-tattiku li kellu nużaw fuq Melvin Theuma. Tenna li l-każ kien qed jiċċentra kollox fuq ir-‘recordings’ li kienu jsiru. Qal li hu u l-investigaturi bdew jesploraw kif jistgħu jinstabu dawn ir-‘recordings’ u x’se jinstab warajhom.

Qal li kien ikellem lil Keith Schembri biss biex issir xi laqgħa. Qal li Keith Schembri kien ikun preżenti għal dawn il-‘briefings’, u li l-Prim Minstru dejjem insista li l-investigazzjoni hi f’idejhom (il-Pulizija).

Arnaud qal li Keith Schembri kien ġie arrestat fuq informazzjoni li kien tahom Yorgen Fenech u dan kien fil-25 ta’ Novembru. Hu staqsih jekk qattx kien għadda nformazzjoni lil xi ħadd u dan kien għamlu mal-Ispettur Kurt Zahra. Huwa qal li ma kienux nfurmaw lil Keith Schembri li kienu se jarrestawh, u li dan għamluh għall-ħabta tas-6.00am.

Arnaud qal li nstabet karta ‘handwritten’ iffirmata minn Melvin Theuma fejn kien hemm ritratt ma’ Keith Schembri u tenna li Theuma spjega biċċa biċċa fuq ir-‘recordings’ u dan kollu sar qabel il-proklama, u spjegalu dwar dan kollu u għaliex kien daqshekk importanti li jżommu mar-‘recordings’ u staqsewh dwarha u l-verżjoni kienet korrabborata ma’ dak li qal Yorgen Fenech u minn dak li qalulu, sa dak inhar l-investigazzjonijiet ma kinux qegħdin jiċċentraw lil Keith Schembri.

Arnaud spjega li meta marru għand it-tabib Adrian Vella, li huwa t-tabib ta’ Yorgen Fenech, dan ma fetħilhomx il-bieb mill-ewwel. Spjega li setgħu telqu u ħallew twissija mill-Qorti imma baqgħu jippersistu. Stqarr li kien lest jifqa’ l-bieb tad-dar kieku ma fetaħx.

Arnaud saħaq li fl-aħħar sentejn, it-tim baqa’ persistenti. L-Imħallef hawn staqsa jekk kienx hemm xi ħaddieħor li ġie investigat b’rabta mal-informazzjoni li bdiet toħroġ.

Arnaud wieġeb li f’Ottubru ta’ din is-sena, ġurnal lokali ħareġ informazzjoni importanti. Kien infurmat qabel ma ġie ppubblikat u kellu permess li jwaqqaf lill-ġurnal milli jippubblika. Qal li iżda l-ġurnal ikkopera u kkollabora mal-Pulizija. Dan kien se jikxef isem Melvin Theuma u dettalji oħra importanti dwaru.

Arnaud qal li Melvin Theuma kkonferma miegħu li huwa kien impjegat mal-Gvern imma li qatt ma mar għax-xogħol. Qalilhom li Yorgen Fenech kien bagħtu Kastilja. Theuma kien qal li ma kellux idea għaliex ingħata l-impjieg imma li ma kienx il-pagament ta’ sensar fl-assassinju.

Arnaud qal lill-avukat Gianluca Caruana Curran, li waqt il-mistoqsija urielu ftehim dwar il-maħfra presidenzjali, bix-xhud jgħaid li għad m’għandu l-ebda idea dwar kif dan il-ftehim spiċċa f’idejn l-avukat. Spjega li l-mowbajl ta’ Theuma għadu qed jiġi analizzat minħabba l-ammont kbir ta’ data.

Il-każ ikompli l-Erbgħa filgħodu fejn minbarra Keith Schembri mistenni jixhed ukoll il-‘middleman’ Melvin Theuma. L-Avukat Marion Camilleri flimkien mal-Avukat Gianluca Caruana Curran qegħdin jallegaw li l-investigatur ewlieni fil-każ, Keith Arnaud għandu kunflitt ta’ interess fil-każ u li jista’ jkun dan il-kunflitt huwa favur l-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru – Keith Schembri.

L-avukat Victoria Buttigieg flimkien mal-Avukat Maurizio Cordina qegħdin imexxu l-kaz f’isem l-Avukat Ġenerali. Preżenti fl-awla kien hemm ukoll l-Avukat Matthew Brincat li flimkien mal-Avukat Kathleen Grima huma l-avukati ta’ Melvin Theuma.


L-imprenditur Yorgen Fenech