Lokali

Uffiċjali tal-Lejber jipprovaw jintervjenu biex iwaqqfu l-“gwerra” fuq Facebook

Ikomplu l-battibekki bejn dawk li huma favur il-Ministru tas-Saħħa Chirs Fearne u dawk favur id-deputat u konsulent legali tal-Prim Ministru Joseph Muscat, Robert Abea, dwar min minnhom għandu jkun il-mexxej il-ġdid tal-Patit Laburista wara li jitlaq Muscat.

Iżda dawn il-battibekki qed iwasslu biex esponenti tal-Partit Laburista jiktbu fuq il-media soċjali biex id-differenzi ta’ bejn iż-żewġ fazzjonijiet ma jingħatawx spazju fuq il-media soċjali permezz ta’ posts u kummenti.

Kien imiss issa lil Nigel Vella, li jaħdem fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Kastilja, li fuq Facebook kiteb li dan mhux il-mument li wieħed jispara b-addoċċ fuq il-media soċjali.

“Jien favur li kulħadd jgħid dak li jħoss, dak huwa l-vantaġġ tal-mezzi soċjali. Iżda bħalissa mhux il-ħin”