Lokali

X’fih ir-rapport sħiħ tal-inkjesta Egrant?

L-ewwel daqqa t'għajn lejn ir-rapport

FATT 1 – Joseph Muscat mhux veru kien ippubblika l-konklużjonijiet kollha tar-Rapport Egrant

Sena u nofs ilu Joseph Muscat qal li kien qed jippubblika l-konklużjonijiet tar-rapport. Fil-verità, huwa ppubblika biss il-partijiet mill-konklużjonijiet li deherlu hu u ħalla barra ħafna dettalji importanti

FATT 2 – Karl Cini għandu jkun investigat

Il-Kummissarju tal-Pulizija għandu jinvestiga lil Karl Cini ta’ Nexia BT fid-dawl ta’ diskrepanzi fix-xhieda tiegħu stess, hekk kif jidher li xehed falz.

FATT 3 – Dan il-punt inżamm moħbi mill-parti tal-konklużjonijiet li ppubblika Joseph Muscat

Fil-partijiet tar-rapport li għażel li jippubblika Joseph Muscat sena u nofs ilu, dan il-fatt tħalla barra għal kollox.

FATT 4 – Ir-rapport jikkonferma arranġamenti strambi bejn Keith Schembri u Brian Tonna

Keith Schembri ta’ b’self mal-€100,000) lil Brian Tonna ta’ Nexia BT, waqt li Tonna kien għaddej minn separazzjoni.

FATT 5 – Ir-rapport jikxef li kienet se tinħoloq kumpanija misterjuża bl-isem Machin fil-BVI li hija 100% tal-Gvern Malti

Din il-kumpanija, bbażata fil-British Virgin Islands, kellha l-għan li tkun l-unika kumpanija li tinnegozja maċ-Ċina. Il-Maġistrat irrakkomanda li din tiġi investigata.

FATT 6 – Din l-istruttura kienet se titmexxa minn Sai Mizzi

Fiha kien se jkun hemm involuti sew Konrad Mizzi, Keith Schembri, u Brian Tonna.

FATT 7 – Il-Gvern ried iwaqqaf aġenzija biex iġġib immigranti miċ-Ċina.

Il-Gvern kellu l-ħsieb li joħloq aġenzija biex iġib aktar immigranti b’mod “legali”.

FATT 8 – Ir-rapport jikkonferma li ma ntqalitx il-verità dwar il-falsifikazzjoni tad-dokumenti

Ir-rapport juri ċar li ħadd mill-Oppożizzjoni ma ffalsifika dokumenti marbuta ma’ Egrant.

FATT 9: Fis-safe tal-Bank Pilatus kien hemm dokumenti marbuta ma’ Keith Schembri

Dokumenti b’informazzjoni dwar Keith Schembri u Sahra FZCO kienu f’safe fil-bank kontroverjali Pilatus. Il-kumpanija Sahra FZCO ġiet imsemmija minn Daphne Caruana Galizia b’rabta ma’ Egrant, Is-safe kien jiċċaqqlaq u kien intqal li jrid jitpoġġa f’post sigur.

FATT 10: Akkużi serjissimi kontra l-bank Pilatus

Ir-Rapport ta’ Aaron Bugeja jikkonferma kif Pilatus intuża għal tranżazzjonijiet li faċilment huma abbinati ma’ prattiċi ta’ ħasil tal-flus.

FATT 11: Keith Schembri qal li Daphne Caruana Galizia ‘qabżet il-linja’

Fir-rapport hemm indikat li dwar il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia Keith Schembri kien qal li din kienet “qabżet il-linja”.