Lokali

Żieda fil-prezz tal-posta

Maltapost PLC ħabbret li minn nhar il-Ħamis 2 ta’ Jannar 2020, se jibdew japplikaw tariffi ġodda għall-posta lokali.

Din iż-żieda tiġi sitt xhur biss wara l-aktar żieda riċenti fil-prezz tal-posta.

Sa ġunju, il-prezz għal ittra ta’ anqas minn 50 gramma kien ta’ 26ċ izda dan ġie rivedut għal 28ċ, biex issa mill-bidu tas-sena dan jitla’ għal 30ċ. Ittri ta’ bejn il-50 u l-100 gramma se jitla’ minn 48ċ għal 50ċ, dak ta’ ittra ta’ bejn 101 u 150 gramma se jitla’ minn 68ċ għal 70ċ, u l-prezz għal ittra li tiżen bejn 151 u 200 gramma se jinbidel minn €1.45 għal €1.65.